The Pelješac Bridge is the largest ever EU investment in infrastructure in Croatia.
X’tagħmel l-UE
Il-politika reġjonali u urbana tal-Unjoni Ewropea tfasslet biex tappoġġja r-reġjuni u l-bliet kollha madwar l-UE. Bħala parti mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE, trawwem it-tkabbir ekonomiku, u tgħin biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-UE.
Il-politika reġjonali u urbana tirrifletti s-solidarjetà Ewropea. Hija tiddedika l-maġġoranza tal-finanzjament tagħha għall-pajjiżi, ir-reġjuni u l-bliet inqas żviluppati, u tgħinhom ilaħħqu ekonomikament u soċjalment, u b’hekk tnaqqas id-disparitajiet li għadhom jeżistu fl-UE.
B’mod speċifiku, din il-politika għandha l-għan li
- ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u territorjali permezz tal-promozzjoni ta’ żvilupp reġjonali bbilanċjat
- ittejjeb il-konnettività u s-sostenibbiltà billi jiġu ffinanzjati proġetti infrastrutturali kbar, b’mod partikolari fis-setturi tal-ambjent u tat-trasport
- tavvanza t-tranżizzjoni nadifa permezz ta’ inizjattivi ta’ effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli, u adattament għat-tibdil fil-klima.
Il-politika reġjonali u urbana hija primarjament implimentata permezz ta’ tliet fondi ewlenin
- Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali — jippromwovi l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, it-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju
- Il-Fond ta’ Koeżjoni — huwa mmmirat lejn Stati Membri b’Introjtu Nazzjonali Gross (ING) għal kull abitant taħt id-90 % tal-medja tal-UE
- Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (FTĠ) jagħti sostenn lir-reġjuni l-aktar milqutin mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima.

Fatti dwar il-politika reġjonali u urbana
Oqsma ta’ azzjoni
Skopri l-oqsma kollha fejn il-politika reġjonali tal-UE tagħmel differenza
Ngħinu lill-bliet jikbru b’mod sostenibbli
Appoġġ finanzjarju kkoordinat meta jseħħu kriżijiet
Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-programmi tagħha
Ara eżempji konkreti ta’ politika reġjonali li tgħin lir-reġjuni u lill-pajjiżi
Informazzjoni dwar fondi differenti u kif taċċessahom
Kisbiet ewlenin
- Il-politika reġjonali u urbana tejbet l-infrastruttura essenzjali, inkluż il-bini jew it-titjib ta’ eluf ta’ kilometri ta’ toroq u ferroviji.
- B’aktar minn EUR 100 biljun għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u t-trasport urban sostenibbli, din il-politika kellha rwol ewlieni fl-avvanz tat-tranżizzjoni ekoloġika.
- Il-politika reġjonali u urbana serviet bħala forza stabbilizzanti ewlenija, billi mmobilizzat biljuni ta’ euro biex tgħin lill-pajjiżi u lir-reġjuni jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19, il-wasla ta’ miljuni ta’ refuġjati mill-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija.
- Naqqset b’mod sinifikanti d-disparitajiet reġjonali, u għenet liż-żoni inqas żviluppati jlaħħqu mal-oħrajn billi appoġġat l-innovazzjoni, il-kompetittività, u aċċess aħjar għas-servizzi pubbliċi.
- Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE tat spinta lill-impjiegi fl-Istati Membri kollha, u s’issa appoġġat il-ħolqien ta’ 260,000 impjieg ġdid mill-2019 ’l hawn, mill-1.3 miljun impjieg previsti li se jinħolqu sal-2027.
Skopri aktar kisbiet billi tiċċekkja l-investimenti li saru taħt il-politika reġjonali f’pajjiżek.
Taħt il-lenti
Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tal-politika ewlenija ta’ investiment tal-UE, filwaqt li jkompli jwettaq il-missjoni tiegħu li jnaqqas id-disparitajiet reġjonali. Għandu l-għan li jaġġusta l-prijoritajiet ta’ investiment taħt il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-kuntest ekonomiku, soċjetali u ġeopolitiku li kull ma jmur qed jevolvi, kif ukoll għall-objettivi klimatiċi u ambjentali.

Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 26 Ġunju 2026