X’qed tagħmel l-UE
Id-demokrazija hija wieħed mill-valuri fundaturi tal-Unjoni Ewropea. L-UE hija impenjata li tipproteġi u ssaħħaħ il-prinċipji demokratiċi fl-Istati Membri kollha u li tagħti s-setgħa lill-Ewropej biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jipparteċipaw fil-ħajja pubblika.
Il-Kummissjoni Ewropea tistinta biex tħares is-sisien tad-demokrazija: elezzjonijiet ħielsa u ġusti, ġudikatura indipendenti, stampa ħielsa u soċjetà ċivili vibranti. Fl-istess waqt, ir-rigress demokratiku, id-diżinformazzjoni, u l-indħil barrani joħolqu theddid dejjem akbar li jeħtieġ azzjoni Ewropea kkoordinata.
L-UE taġixxi f’diversi fronti biex tiddefendi u tippromwovi d-demokrazija, inkluż billi
- tipproteġi l-integrità tal-elezzjonijiet u l-proċessi politiċi,
- tiddefendi l-pluraliżmu tal-midja u tappoġġa l-ġurnaliżmu indipendenti,
- titħabat kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni minn barra,
- issaħħaħ il-parteċipazzjoni ċivika u l-involviment taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika,
- tippromwovi l-governanza demokratika bi sħubijiet internazzjonali u l-proċess tat-tkabbir tal-UE.

Ċifri ewlenin
Oqsma ta’ azzjoni
X’tagħmel l-UE biex tiddefendi l-elezzjonijiet ħielsa, tappoġġa l-midja indipendenti u tiġġieled l-indħil barrani
Nidentifikaw id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u nsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetà kontra dan it-theddid
L-UE għandha regoli li jipproteġu l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, jipprojbixxu s-software tal-ispjunaġġ kontra l-ġurnalisti u jiżguraw it-trasparenza dwar is-sidien tal-midja
L-UE għandha regoli li jipproteġu lin-nies li jitkellmu dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku minn kawżi abbużivi ddisinjati biex isikktuhom
L-UE għandha regoli li jiżguraw li l-kontenut politiku jkun immarkat b’mod ċar fejn jidħol l-isponsorjar, u li jiġi żvelat il-finanzjament tiegħu
Ċentru li jaqsam għarfien espert u jikkoordina r-risponsi għal theddidiet komuni
Tagħti vuċi diretta liċ-ċittadini tal-UE fit-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni, b’rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għal-leġiżlazzjoni
Tagħti l-opportunità liċ-ċittadini biex jitolbu direttament lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni ġdida
Kisbiet ewlenin
- Il-pajjiżi tal-UE qed jikklassifikaw kontinwament fost l-aktar demokratiċi fid-dinja fl-indiċijiet dinjin ewlenin, u dan jixhed il-kwalità tal-istituzzjonijiet demokratiċi li l-UE teżiġi mill-Istati Membri kif ukoll issaħħaħ.
- L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja introduċa restrizzjonijiet fl-UE kollha fuq l-użu tas-software ta’ spjunaġġ kontra l-ġurnalisti għall-ewwel darba, u saħħaħ il-libertà tal-istampa u r-responsabbiltà demokratika.
- Ir-Regolament dwar ir-Reklamar Politiku għamel lill-UE waħda mill-ewwel ġuriżdizzjonijiet fid-dinja li titlob trasparenza sħiħa dwar min jiffinanzja l-kontenut politiku sponsorjat online, u b’hekk iċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu meta u għafejn qed jiġu mmirati b’messaġġi politiċi.
- Filwaqt li fl-2026 iċċelebrat l-impatt tagħha tul l-aħħar 15-il sena, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tat is-setgħa liċ-ċittadini biex isarrfu l-ideat tagħhom f’liġijiet reali tal-UE, bi tnedija ta’ iżjed minn 120 inizjattiva u bil-kisba ta’ iżjed minn 20 miljun firma.
- Il-proċess tat-tkabbir tal-UE mexxa riformi demokratiċi fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali madwar l-Ewropa, inkluż fl-oqsma tas-saltna tad-dritt, l-indipendenza ġudizzjarja, il-proċessi elettorali, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
- Mis-sena 2000 ’l hawn, il-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE mmonitorjaw il-proċessi demokratiċi f’aktar minn 65 pajjiż madwar id-dinja, u appoġġaw id-demokrazija ferm lil hinn mill-fruntieri tal-Ewropa.
Taħt il-lenti
Meta taqra l-aħbarijiet fuq il-mowbajl, issegwi l-programmi favoriti tiegħek online, jew tiddibatti mal-ħbieb fil-pjazza, id-demokrazija fl-UE hija dik li tiggarantixxi l-libertajiet tagħna ta’ kuljum.
Illum, il-prinċipji demokratiċi qed ikunu dejjem aktar taħt pressjoni, inkluż fl-Ewropa. Il-libertajiet u l-istil tal-ħajja tagħna qegħdin fil-periklu. Iżda flimkien dan nistgħu nrażżnuh.
Skopri kif l-UE qed tqawwi l-isforzi tagħha biex tipproteġi d-demokrazija, u x’nistgħu nagħmlu aħna biex ngħinu.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 29 Ġunju 2026